Lokali Temp

Lulju kien aktar sħun milli mistenni

Tul dan ix-xahar kien hemm nixfa aktar mis-soltu

Wara li x-xahar ta’ Ġunju kien xi ftit aktar frisk milli mistenni, rapport maħruġ mill-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wera li Lulju kien aktar sħun milli mbassar.

Dan hekk kif l-ogħla temperatura tul ix-xahar li għadda kienet tilħaq is-36 grad celsius, proprju fl-aħħar jum tax-xahar. Dan filwaqt li tmintax-il jum minn Lulju rreġistraw temperaturi ogħla mill-medja ta’ 31.6 gradi celsius.

Ġie spjegat ukoll li t-temperatura medja tal-baħar għal dan ix-xahar kien dak ta’ 25.7 ċentigradi, grad celsius ogħla mit-temperatura normalment mistennija għal dan iż-żmien tas-sena.

Kull jum tul dan ix-xahar gawda bejn 7.4 u 13.1 siegħa xemx, bl-aktar ġurnata mdawla tkun dik tad-29 ta’ Lulju.

Intant, filwaqt li f’Lulju ġeneralment jitkejlu 0.2 mm xita, tul ix-xahar li għadda tkejlet biss traċċa ta’ xita