Linji ewlenin tal-cruises ħabbru li minn Settembru se jerġgħu jibdew il-vjaġġi, b’Malta tkun fost il-portijiet li se jkunu qed jieqfu fihom il-vapuri tagħha.
Dan tħabbar wara li l-Gvern Taljan ta l-approvazzjoni tiegħu biex dawn il-vjaġġi jerġgħu jibdew.
F’komunikat, waħda mill-linji qalet li l-bidu mill-ġdid tal-vjaġġi se jkun wieħed li jipprogressa u se jibda bi ftit vapuri u jespandi għal aktar vjaġġi maż-żmien.
Wieħed mill-vapuri li se jkun qed jagħmel l-ewwel vjaġġ tiegħu fis-6 ta’ Settembru bħalissa jinsav f’iżolament wara li membri tal-ekwipaġġ ittestjaw pożittiv għall-Covid.
//= $special ?>