Lokali

Raġel min-Niġer arrestat fi Franza b’Mandat ta’ Arrest Ewropew

Raġel ta’ 35 sena, imwieled in-Niġer, kien arrestat fi Franza umbagħad intbagħat lejn pajjiżna grazzi għall-ħidma konġunta bejn il-Pulizija taż-żewġ pajjiżi u Mandat ta’ Arrest Ewropew.

Hu kien parti minn grupp ta’ tlett irġiel li fl-2013 iffrodaw ħanut tal-ġojjellerija għall-ammont ta’ madwar 75,000 ewro. Dawn billi ltaqgħu mas-sid tal-ħanut u bigħulu ammont ta’ġojjelli, li aktard tard irriżulta li kien falz.

Minn dakinhar, żewġt irġiel oħra mill-Kongo kienu tressqu l-Qorti u ġew akużati li għamluha ta’ negozjanti tad-deheb u ingannaw lil sid il-ħanut is-somma ta’ 75,000 ewro. Iż-żewġ irġiel kienu nstabu ħatja sena wara u ġew ikkundannati sentejn u nofs priġunerija kull wieħed.

Min-naħa tiegħu, it-tielet raġel għażel li jaħrab lejn Franza sakemm, ħidma mill-Pulizija ta’ Malta assistita mill-Pulizija ta’ Franza wasslu biex ikun identifikat fejn jinsab. Bis-saħħa tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew, bdew il-proċeduri biex ir-raġel jiġi estradit lajn Malta.

Ritratt: Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa, Korp tal-Pulizija (CMRU)