Sport Sport Ieħor

Rikako Ikee se tirritorna wara 20 xahar

(Ritratt: EPA)

Aktar tard dan ix-xahar mistennija tirritorna tikkompeti l-għawwiema ta’ 20 sena Rikako Ikee tal-Ġappun li għall-Olimpijadi ta’ Tokjo kienet meqjusa bħala wahda mill-protagonisti. Ikee ilha wieqfa għal madwar 20 xahar minħabba l-kura li kienet qed tagħmel għal Leukaemia.

Ir-ritorn tagħha kellu jkun f’Ottubru iżda l-preparazzjoni li wettqet hija f’fażi tajba tant li ser tikkompeti fid-29 ta’ Awissu fit-Tatsumi Swimming Centre fejn fl-2021 għandhom isiru l-Olimpijadi.

Rikako Ikee kienet wettqet record fil-Logħob tal-Asja fl-2018 meta rebħet 6 midalji tad-deheb u kienet meqjusa bħala l-favorita numru 1 qabel bdiet il-kura għall-leukaemia fejn damet 10 xhur fi sptar bl-aħħar kompetizzjoni li ħadet sehem fiħa kienet f’Jannar 2019.