Futbol Sport

Sevilla jeliminaw lil Wolves b’gowl lejn it-tmiem

Illejla saru magħrufa s-semifinalisti tal-Europa League wara li kellna żewġ kwartifinali oħra fejn flimkien ma’ Manchester United u Inter issa ngħaqdu wkoll Shaktar Donetsk u Sevilla.

Fil-Veltins Arena, Shaktar Dontesk għelbu lil Basel 4-1. L-Ukreni fetħu tajjeb u wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor permezz ta’ JUNIOR MORAES wara li rċieva cross tajjeb minn corner ta’ Morlos. Shaktar ma damux ma rduppjaw u fit-22 minuta TAISON għamilhom 2-0 wara li rċieva mingħand Morlos bil-konklużjoni tiegħu tkun mxellfa għal wara Nikolic. It-tim ta’ Luis Castro setgħa mar 3-0 fil-vantaġġ meta x-xutt ta’ Bahia stampa mal-mimduda. Minkejja li fit-tieni taqsima Basel ħarġu aħjar, kienu Shaktar Donetsk li skorjaw it-tielet gpwl meta Taison kien iffawljat fil-kaxxa minn Marchand. ALAN PATRICK ingariga ruħu mill-penalty u aċċerta mill-kwalifikazzjoni. Shaktar żiedu ieħor fit-88 minuta permezz ta’ DODO wara li rċieva mingħand Tete. Basel naqsu l-iskor tard fil-partita permezz ta’ RICKY VAN WOLFSWINKEL.

Sevilla tħabtu sew biex għelbu lil Wolves 1-0 b’gowl lejn it-tmiem fil-Schauinsland-Reisen-Arena. Wara 11 –il minuta Wolves ingħataw penalty meta Diego Carlos waqqa’ lil Adama Traore fil-kaxxar wara ġirja tajba. Minn 11 –il metru Raul Jimenez ra lil Bono isalva t-tentattiv tiegħu. Fit-tieni taqsima Sevilla ħarġu aħjar u ħolqu bosta okkażjonijiet ta’ skor. Fis-66 minuta minn corss ta’ Suso, Kounde għola waħdu bir-ras iżda naqas milli jimpenja lil Patricio. Fis-76 minuta freekick tajjeb ta’ Ever Banega mpenja b’diffikultà lil Patricio. Sevilla marru fil-vantaġġ fis-87 minuta meta minn corss preċiż ta’ Ever banega kien LUCAS OCAMPOS li għola fuq kulħadd u għeleb lil Patricio b’daqqa’ ta’ ras fil-baxx biex ta post fis-semifinali lit-tim ta’ Julian Lopetegui.

B’hekk fis-semifinali, Shaktar Donetsk jilgħabu kontra Inter filwaqt li Manchester United jisfidaw lil Sevilla.

UEFA EUROPA LEAGUE


Kwartifinali: Ilbieraħ: Inter
v B. L’kusen 2-1, Man Utd v Copenhagen 1-0 (aet), Illum: S. Donetsk v Basel 4-1, Wolves v Sevilla 0-1, Semifinali:
Il-Ħadd
: Sevilla v Man Utd 9.00pm, It-Tnejn: S.Donetsk v Inter 9.00pm