Stewart Said
SIRENS MECCA MARIN ………. 3
SLIEMA FRANK SALT………….. 5
(2-3), (0-1), (1-0), (0-1)
Kellu jkun gowl lejn it-tmiem li aċċerta ritorn għar-rebħ għal Sliema wara t-telfa ftit kontroversjali kontra San Ġiljan. Sliema li kienu mingħajr Jamie Gambin, ma kellhomx prestazzjoni mill-aqwa iżda għamlu biżżejjed biex jiksbu t-tliet punti. Sirens ma kellhomx prestazzjoni negattiva iżda n-nuqqas ta’ plejer li jiskorja b’mod frekwenti qalb tim mimli żgħażagħ, qed ikun detrimentali għat-tim ta’ Marko Orlovic.
Kien Matthias Azzopardi li poġġa lil Sirens fil-vantaġġ b’xutt sabiħ għar-rokna ta’ fuq iżda doppjetta ta’ Michael Spiteri Staines poġġiet lil Sliema fil-vantaġġ. Ken Erodgan ġab id-draw għal Sirens sakemm Liam Galea daħħal lil Sliema 3-2 minn fuq b’gowl fl-aħħar ħames sekondi tas-sessjoni.
Spiteri Staines għaqqad it-tripletta personali bl-uniku gowl fit-tieni sessjoni iżda s-Slimiżi naqsu li jimponu s-superjorità tagħhom u daħlu jistrieħu biss b’vantaġġ ta’ 4-2. Dan id-distakk għen lil Sirens biex jibqgħu fil-logħba u fit-tielet sessjoni poġġew aktar pressjoni fuq id-difiża ta’ Sliema minkejja li skorjaw biss f’azzjoni mill-isbaħ permezz ta’ Lucas Falzon. Sliema ma żammewx il-livell ta’ logħob u f’din is-sessjoni ftit kienu ta’ periklu għal Joseph Parnis.
Iż-żewġ timijiet bdew ifittxu l-gowls importanti fl-aħħar tmien minuti tal-logħba. Sirens kienu qed jimmiraw li jġibu d-draw f’perjodu fejn kienu kompetittivi daqs l-avversarji filwaqt li Sliema riedu jiftħu distakk. Il-gowl ta’ Jacob Sciberras żewġ minuti u 19-il sekonda mit-tmiem, qatel it-tamiet ta’ Sirens, proprju ftit sekondi wara li laqtu l-lasta.
Sirens: J. Parnis, J. Ciantar, K. Erdogan (1), G. Melillo, J. Zerafa Gregory, T. Said, L. Falzon (1), I. Riolo, J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras, M. Azzopardi (1), O. Gauci, G. Farrugia, G. Sammut
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (1), J. Sciberras (1), M. Meli, B. Cachia, M. Spiteri Staines (3), J. Cutajar, J. Brownrigg, Z. Mizzi, N. Bugelli, Z. Sciberras, C. Cutajar, E. Schembri
Referees: Alex De Raffaele, Raffaele Colombo
OTTERS NIVEA …………………….. 6
MARSAXLOKK BROWN’S……. 10
(1-3), (0-2), (1-2), (4-3)
Marsaxlokk Brown’s Pharma bdew it-tieni fażi tal-istaġun fuq nota pożittiva b’rebħa komda fuq Otters Nivea. Konfront li fih Marsaxlokk qatt ma kienu minn taħt u kkontrollaw mingħajr wisq diffikultà. It-tim ta’ Otters seta’ kellu prestazzjoni ferm aħjar hekk kif żbalja f’diversi passaġġi fl-attakk.
Ix-Xlukkajri fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel sessjoni permezz ta’ Matteo Martellacci, Stephen Micallef u Timmy Agius, b’Dominique Zahra jnaqqas id-distakk. Dan il-vantaġġ kompla jikber b’żewġ gowls mingħajr risposta fit-tieni sessjoni.
B’distakk ta’ erba’ gowls, il-kowċ ta’ Marsaxlokk Joe Cremona seta’ jamministra l-logħba aħjar. Wara li Zahra għamel l-iskor 5-2, Martellacci u Micallef kabbru d-distakk għal 7-2. Bil-partita deċiża, iż-żewġ kowċis għamlu użu mill-iskwadra tagħhom, liema deċiżjonijiet wasslu biex il-logħba kienet aktar miftuħa, b’Otters jirnexxilhom jirbħu l-aħħar sessjoni.
Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (1), R. Caruana, M. Lanzon, E. Meli (1), L. Gialanze (1), K. Scicluna, I. Azzopardi, D. Dimech, D. Zahra (3), M. Farrugia, S. Xerri, D. Spiteri, M. Caruana Baluci, L. Dimech
Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, M. Martellacci (2), J. Portelli, T. Agius (3), L. Saliba, J. Galea, K. Cremona (1), S. Micallef (2), M. Pace, M. Cacici, O. Zammit, B. Lanzon (2)
Referees: Peter Balzan, Aldo Rovandi
//= $special ?>