Lokali

Pajjiżna għandu bżonn viżjoni soċjo-ekonomika b’saħħitha llum qabel għada

L-intrapriżi f’pajjiżna għandhom bżonn viżjoni soċjo-ekonomika b’saħħitha, ċara u innovattiva li kapaċi twassal lil pajjiżna biex mhux biss jegħleb l-isfidi ekonomiċi li qed iġġib magħha l-imixja tal-Covid-19 iżda wkoll sabiex nibdew infassli l-futur ta’ l-industrija tagħna.

Dan bil-għan ewlieni li nibqgħu nevolvu l-mudell ekonomiku tagħna f’wieħed mibni fuq il-valur miżjud u mhux fuq it-tnaqqir tal-kwalita’. Din kienet il-pożizzjoni esperess mill-Partit Nazzjonalista f’laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ li għaliha attendew il-Kelliem tal-Finanzi Mario de Marco, il Kelliem ta’ l-Ekonomija Claudio Grech u l-Kelliema għall-Investiment Ekonomiku u l-Fondi Ewropej Kristy Debono.

Il-Kamra tal-Kummerċ wettqet studju dettaljat u eżerċizzju ta’ riċerka dettaljata bil-għan li tiddefinixxi x’inhuma dawk il-priorjitajiet ewlenin li jridu jaħdmu fuqhom l-istituzzjonijiet f’pajjiżna fid-dawl tal-isfidi li nħolqu minn meta pajjiżna beda jintlaqat mill-pandemija Covid-19. Dan l-istudju kien mifrux fuq ħdax-il tema ewlenija li jinkorporaw fihom sensiela ta’ rakkommandazzjonijiet għal pajjiżna.

Matul il-laqgħa il-Kelliem ta’ l-Ekonomija Claudio Grech spjega kif il-Partit Nazzjonalista fassal pjan dettaljat ta’ irkupru ekonomiku mill-Covid-19, li kien intiż biex jagħti direzzjoni ċara lill-intrapriżi f’pajjiżna bil-għan li dawk l-azzjonijiet li jittieħdu jitpoġġew f’kuntest usa intiż biex jissalvagwardja l-impjiegi kif ukoll li nibdew nindirizzaw il-problemi maħluqin mill-mudell ekonomiku tal-Gvern.

Claudio Grech żied li fl-ewwel lok il-Gvern ried jibqa’ jagħti għajnuna sinifikanti lil dawk l-intrapriżi li l-aktar qed jintlaqtu filwaqt li jieħu l-opportunita’ biex l-investimenti li jkun qiegħed isir minn fondi pubbliċi jgħin sabiex minn fażi ta’ irkupru nimxu b’pass aktar mgħaġġel lejn perjodu ta’ trasformazzjoni ekonomika mibnija fuq viżjoni soċjo-ekonomika ġdida għall-pajjiżna.

Kristy Debono, il-Kelliema għall-Investiment Ekonomiku, Servizzi Finanzjarji u Aċċess għall-Fondi Ewropej stqarret li l-COVID hija emerġenza ekonomika kif ukoll attakk fuq is-sistema ekonomika ta’ pajjiżna u dik globali.  Għaldaqstant jeħtieġ nassiguraw li kull industrija tirċievi l-għajnuna li għandha bżonn f’waqtha mhux biss biex insalvaw industriji li huma l-aktar milquta iżda billi l-Gvern ikun ta’ sostenn għall-intrapriżi biex jirriformaw, jittrasformaw u fejn hu possibli jiddiversifikaw l-operat ħalli jibqgħu aktar effettivi u relevanti għas-suq tal-lum.

Kristy Debono kompliet li Fondi mill-Unjoni Ewropea u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn għandhom ikunu vehikolu importanti biex issir din it-trasformazzjoni waqt li l-Gvern jagħti l-priorita neċessarju lill-innovazzjoni, riċerka u żvilupp u l-użu teknoloġiku biex iseħħ dan.  Il-Gvern jeħtieġ ikun trasparenti u jelenka l-prioritajiet tiegħu anke dwar l-użu tal-Fondi waqt li għandu jiffaċilita l-aċċess ta’ dawn il-Fondi lill-intrapriżi lokali.

Mario de Marco kelliem tal Oppozizzjoni ghal Finanzi sahaq dwar L importanza illi L fondi pubblici disponibbli jintuzaw b’mod illi jsalvaw L impjiegi, jistimulaw l ekonomija, isostnu s settur tas sahha pubblika u jinkoragixxu mill gdid l investiment . Il Budget li gej ghandhu jkun ghodda strumentali sabiex jaghti direzzjoni cara ta fejn irridu L ekonomija L gdida ta pajjizna tasal. Irridu noffru strumenti fiskali godda illi jaghtu nifs gdid ghall ekonomija u l investiment . Huwa sahaq ukoll dwar l isfidi li pajjizna qed jaffronta m hux konsegwenza tal Covid 19 izda ta nuqqasijiet tal Gvern li wasslu ghar rapport tal Moneyval li jista jkollhu konsegenzi serji fuq is settur finanzjarju. Huwa awgura lill Kamra tal Kummerc fuq ir rapport taghha dwar il passi li pajjizna ghsndhu jiehu sabiex jevita li malta tigi greylisted.