Coronavirus Sport Sport Ieħor

Tħassib mill-voluntiera tal-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

Aktar minn 60% tal-voluntiera għall-Olimpijadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla wrew it-tħassib tagħhom dwar il-miżuri li qed jittieħdu għal Covid-19 f’każ li l-Olimpijadi jsiru kif ipprogrammat. Fi kwestjonarju li ntbgħat lill-voluntiera li ser ikunu fil-Villaġġ tal-Atleti u fil-positijiet ta’ kompetizzjoni 66.8 % huma mħassba dwar l-imxija.

Bejn l-1 u 21 ta’ Lulju, 26,000 voluntier irrispondew il-kwetsjonarju b’rabta mal-olimpijadi li ser isiru bejn it-23 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awissu u l-Parolimpijadi li ser isiru bejn l-24 ta’ Awissu u 3 ta’ Settembru 2021. 21.5% ikkonfermaw illi mhux lesti li jibqgħu jservu bħala voluntiera.

F’Settembru l-Kumitat Organizattiv ser jiltaqa’ biex jistudja s-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 fil-Ġappun. B’kollox għall-Olimpijadi ta’ Tokjo hemm bżonn 80,000 voluntier mill-200,000 li applikaw u li t-taħriġ tagħhom bejn f’Ottubru 2019.