Lokali

AĠĠORNATA: Erba’ persuni mis-sett ta’ Jurassic Park f’pajjiżna jittestjaw pożittiv għall-Covid

Rapport fuq il-ġurnal The Malta Indepdent qed jirrappurtaw li erba’ persuni li qed jaħdmu fuq is-sett ta’ Jurassic Park instabu pożittivi għall-Covid-19.

L-erba’ membri tal-crew issa tpoġġew fi kwarantina.

Dawn il-każi mistennija jkunu inklużi man-numri mħabbra għada.

Il-film Jurassic Park qed juża crew ta’ 1,000 persuna u l-Gvern alloka mal-5,000 swab test għal dan il-grupp. ta’ persuni.

Il-filming se jsir f’postijiet differenti fosthom il-Belt Valletta, il-Birgu, Pembroke u l-Mellieħa, u oriġinarjament kellu jibda f’Mejju, imma kellu jiġi pospost sa l-aħħar t’Awwissu minħabba l-virus.