Futbol Sport

Tottenham jakkwistaw lil Pierre-Emile Hojbjerg mingħand Southampton

(Ritratt: Tottenham Hotspur FC)

Tottenham Hotspur akkwistaw il-firma tal-midfielder Pierre-Emile Hojbjerg mingħand Southampton għal €18 –il miljun u bid-difensur Kyle Walker-Peters jissieħeb mas-Saints. Il-midfielder Daniż iffirma kuntratt ta’ ħames snin wara li għadda mit-testijiet mediċi aktar kmieni llum.

Fl-ewwel kummenti tiegħu lis-sit uffiċjali ta’ Tottenham, Hojberg qal li jinsab ferm kuntent li ssieħeb fil-proġett ta’ Jose Mourinho. Hojberg lagħab 134 darba ma’ Southampton wara li kien issieħeb magħhom mingħand Bayern Munich fl-2016.