Coronavirus Futbol Sport

Valencia jikkonfermaw żewġ każi pożittivi

(Ritratt: EPA)

It-tim Spanjol ta’ Valencia kkonfermaw żewġ każi pożittivi ta’ coronavirus wara li t-tim rritrona għall-preseason. Fi stqarrija l-klabb qal li ż-żewġ individwi pożittivi qegħdin f’iżolazzjoni fid-dar tagħhom filwaqt li l-kumplament tal-iskwadra qed tkompli ssegwi l-protokolli neċessarji. It-tim ta’ Valencia kien affettwat b’mod negattiv bil-coronavirus aktar kmieni din is-sena bil-klabb jikkonferma li aktar minn terz tal-iskwadra kien infettat.

L-infezzjonijiet fit-tim ta’ Valencia kien ikkonfermati jumejn biss wara li Atletico Madrid ikkonfermaw li l-plejers Angel Correa u Sime Vrsaljko rriżultaw pożittiv u se jkunu qed jitilfu l-partita mill-kwartifinali tal-UEFA Champions League kontra RB Leipzig. Spanja kienet wieħed mill-aktar pajjiżi milquta fl-Ewropa u qed tikkonferma ta’ kuljum numru ta’ każijiet ġodda.