Lokali

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara argument f’Marsalforn

Arkivji

Żagħżugħ Libjan, residenti l-Marsa, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kien involut f’argument f’Marsalforn, Għawdex.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa tat-Tlieta filgħodu meta l-Pulizija kienet informata li kien hemm bżonn assistenza fi Triq il-Port.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija, jidher li l-barrani ta’ 28 sena ndarab waqt argument bejn xi persuni.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lil-Libjan l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Intant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.