Kollox qed jindika li tliet persuni, inkluż ix-xufier tilfu ħajjithom wara li ferrovija tal-passaġieri ħarġet mill-binari li suppost kienet fuqhom. L-inċident seħħ f’Aberdeenshire, u rapporti qed jgħidu li hemm numru ta’ passiġieri feruti.
Filmati mill-post juru duħħan tiela miz-zona, minn fejn waqfet il-ferrovija.
Numru ta’ ambulanzi u kif ukoll ħelikopters jinsabu fuq il-post.
Il-First Minister tal-Iskozja, Nicola Sturgeon qalet li l-inċident huwa wieħed serju ħafna, filwaqt li l-PM Brittaniku Boris Johnson irringazzja lill-ħaddiema kollha tal-emerġenza li qed jagħmlu minn kollox biex isalvaw il-ħajjiet.
Aktar dettalji ‘l quddiem.
//= $special ?>