Internazzjonali

Biża’ li jinqasam fi tnejn u jħalli diżastru ambjentali

L-awtoritajiet fil-Mauritius qed jaħdmu mingħajr waqfien biex ineħħu iż-żejt li hareg mill-vapur li inkalja fl-ahhar jiem, bil-biża’ li dan il-bastiment se jinqasam fi tnejn u jagħmel ħsara rriperabbli lill-baħar tal-madwar.

Dan hekk kif s’issa diġa’ ħareġ madwar 1,000 tunellata ta’ fjuwil fil-baħar mis-6 ta’ Awwissu l’hawn. B’kollox baqa’ madwar 2,500 tunellata ta’ fjuwil li jista’ jispicca fil-bahar.

Eluf ta’ voluntieri qed imorru jagħtu l-għajnuna tagħhom fiż-żona, bil-fjuwil qed jittieħed fuq l-art permezz ta’ ħelikopter, u vapur ieħor.

Il-pajjiż bħalissa jinsab fi stat ta’ emerġenza ambjentali.