Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 12-il stabbiliment instabu li qed jiksru l-protokolli tas-saħħa

Matil il-ġimgħa li għaddiet, id-Direttorat għall-Konformità u r-Regolazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wettaq ‘il fuq minn 500 spezzjoni f’diversi stabbilimenti u f’avvenimenti organizzati li jinkludu tiġijiet, avveniment sportivi u avvenimenti kulturali. 

Fl-aħħar jiem, 12-il stabbiliment instabu li qed jiksru l-protokolli ppubblikati u għalhekk se jkunu suġġetti għal aktar azzjoni legali.