Fl-aħħar 24 siegħa, minn 2,200 test swabs li saru ġew irreġistrati 49 każ ġdid ta’ COVID-19. Tliet persuni fiequ fl-aħħar ġurnata. B’hekk b’kollox hawn 486 każ attiv.
Dan ħareġ fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Saħħa’ fejn minn dawn il-każijiet, 36 każ huma sporadic, jiġifieri ma jafux minn fejn ħadu l-COVID-19.
Minn naħa l-oħra, sitta jinsabu fl-Isptar Monte Karmeli, erbgħa huma mill-crew tal-film Jurassic Park, u tlieta minn Balzan Football Club.
//= $special ?>