Coronavirus Lokali

COVID-19: In-numri tilgħin ‘il fuq…u Robert Abela mill-ġdid ibaħħar lejn Sqallija

Fil-bidu tal-pandemija kien qalilna "tħarbtulix is-Sajf"

Illejla, il-Prim Ministru Robert Abela deher mill-ġdid iħalli Malta lejn Sqallija bid-dgħajsa tiegħu. Dan meta fi Sqallija stess bħalissa hemm attenzjoni massima għall-persuni kollha li qed jaqsmu minn pajjiżna, minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija.

Mhux magħruf jekk Robert Abela irreġistrax il-wasla tiegħu mal-awtoritajiet Taljani. Hemm ċans ukoll li l-Prim Ministru Malti jintalab jagħmel swab test minħabba li telaq minn pajjiż li issa qed ikun meqjus bħala “riskjuż”.

Diversi kienu dawk li lemħu lil Robert Abela fi Sqallija, u f’kuntatt li għamlu ma’ Net News qalulna li l-Prim Ministru verament qed igawdi s-Sajf…eżatt kif kien qal f’April meta stqarr “tħarbtulix is-Sajf”.

Din mhix l-ewwel darba li Robert Abela, kif kien jagħmel fi sjuf preċedenti, qasam lejn Sqallija għal break qasir. Bid-differenza tkun li din is-sena Abela hu Prim Ministru iffaċjat b’sitwazzjoni ta’ numri ta’ Covid li qed jiżdiedu jum wara l-ieħor.

Aktar dettalji u ritratti fil-ħin li ġej.