Futbol Sport

De Ligt jista’ jdum nieqes mill-azzjoni sa Novembru

Id-difensur ta’ Juventus Matthijs De Ligt se jkun operat fi spalltu u hemm ċans li jdum nieqes mill-azzjoni sa Novembru. De Ligt kien sofra injury f’Novembru tas-sena li għaddiet fil-partita kontra Atalanta. L-operazzjoni ila tiġi posposta minħabba diversi raġunijiet iżda wara li tkompla l-kampjonat tas-Serie A wara l-pandemija tal-coronavirus l-uġigħ fi spalltu reġa feġġ. Fl-ewwel staġun tiegħu fl-Italja De Ligt kien involut f’39 partita u skorja erba’ gowls.