Futbol Sport

Emma Ciantar Piccinino tissieħeb mal-akkademja ta’ Sunderland

Emma Ciantar Piccinino ssieħbet mal-klabb ta’ Sunderland fl-Ingilterra fejn ġiet offruta scholarship ta’ sentejn. Hi ssieħbet mal-klabb fil-bidu ta’ dan ix-xahar fejn se tkun qed titħarreġ ma’ tfajliet oħra bi tħejjija għal numru ta’ kompetizzjonijiet.

Hi għamlet id-debutt tagħha fil-Kampjonat Lokali tan-nisa ma’ Għargħur Raiders fejn lagħbet magħhom għal dawn l-aħħar sentejn. Fl-2019 hu kienet ukoll mistiedna f’numru ta’ turnaments fl-Iżvezja fejn ma’ AIK Solna ħadet sehem ma’ Solversborgcupen u l-Gothia Cup.

Piccinino kienet parti mill-iskwadri nazzjonali fil-kategoriji ta’ taħt is-16 u s-17 –il sena u rrapreżentat lil Malta fil-UEFA Development Tournament. Piccinino m’hijiex l-ewwel tfajla li lgħabet ma’ Sunderland hekk kif hemm ukoll Maria Farrugia.