Coronavirus Edukazzjoni Lokali Saħħa

ĠENITURI RRABJATI GĦAL OWEN BONNICI: “Jaf li Malta immarinata bil-Covid?!”

Fuq Facebook, baraxx ta' kummenti kontra l-Ministru Owen Bonnici

Sitt ġimgħat oħra suppost jingħata bidu għal sena skolastika ġdida. Is-soltu bhal daż-żmien, l-edukaturi, il-ġenituri u t-tfal ikunu diga’ bdew bil-perparamenti tagħhom. Però din is-sena hija waħda partikolari hekk kif kulħadd għadu fil-għama dwar x’se jiġri eżatt minhabba l-pandemija – ghalkemm il-Ministru Owen Bonnici huwa determinat li jiftah l-iskejjel ix-xahar id-diehel.

Dikjarazzjoni li qajmet rabja kbira fost il-ġenituri ….b’uhud minnhom jghidu li t-tfal tagħhom mhux se jkunu l-‘guinea pigs’ tas-sistema edukattiva… u oħrajn jgħidu li ma jħossuhomx siguri li jibagħtu t-tfal tagħhom l-iskola hekk kif fix-Xitwa s-sitwazzjoni mistennija tiggrava minħabba l-influwenza staġjonali.

Permezz tal-media soċjali, persuna partikolari qalet li l-esperjenza ta’ Skola Sajf bi ftit tfal fil-klassi, żgur li wieħed ma jistax jorbot fuqha u jipparaguna magħha. Dan għaliex f’Settembru fi klassi jkun hemm bejn wieħed u ieħor għoxrin student bi tliet edukaturi kull klassi. 

Kumment ieħor jindika li l-Gvern ma kienx kapaċi jikkontrolla s-sitwazzjoni tal-COVID aħseb u ara kemm se jafda lit-tfal tiegħu f’idejn il-Gvern. B’oħrajn jgħidu li jippreferi li jħallu lit-tfal tagħhom id-dar u jkollhom sistema effiċjenti ta’ taghlim online.

Ġenituri oħra saħqu li kieku pajjiżna ried jagħti prijorità lis-settur edukattiv, il-Gvern ma kienx jagħti permess li jsiru l-attivitajiet tal-massa. Bit-tħassib tal-ġenituri jkompli dwar x’jiġri jekk ikun hemm imqar student wieħed fi klassi li jkun pożittiv…. fejn il-klassi kollha flimkien mal-edukaturi u l-qraba tagħhom ikollhom jitpoġġew kwarantina.

Apparti dan, il-ġenituri u l-edukutari jinsabu fl-għama dwar il-famużi prekawzjonijiet li l-Ministru Owen Bonnici qed jibqa’ jinsisti li se jittieħdu appena terġa’ tiftaħ l-iskola. Bil-ġenituri jinsistu li s-saħħa ta’ uliedhom għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox.