L-organizzaturi tal-maratona ta’ Pariġi ħabbru li ġiet ikkanċellata wara żieda fin-numru ta’ każijiet ġodda ta’ coronavirus. Il-maratona kellha ssir fil-5 ta’ April li għadda iżda ġiet posposta għal 15 ta’ Novembru fejn fl-aħħar ħin ittieħdet id-deċiżjoni li l-maratona tiġi kkanċellata.
L-organizzaturi żiedu jgħidu li s-sitwazzjoni hija aktar diffiċli għal dawk l-atleti li jridu jiġu minbarra l-pajjiż. Fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jaħdmu flimkien mal-belt ta’ Pariġi biex tkun tista’ tiġi organizzata l-Schneider Electric Marathon de Paris is-sena d-dieħla.
Din hija waħda mill-aktar maratoni popolari fid-dinja fejn ta’ kull sena jipparteċipaw aktar minn 40,000 atleta. Aktar kmieni kienu wkoll ikkanċellati l-maratoni ta’ New York, Boston u Berlin filwaqt li dik ta’ londra ġiet posposta għall-4 ta’ Ottubru u se tkun miftuħa biss għall-atleti elite.
//= $special ?>