Coronavirus Lokali Saħħa

Il-Gvern Olandiż iħeġġeġ lil dawk li jirritonaw minn Malta sabiex joqogħdu fi kwarantina

Ritratt: Mill-Arkivji
Malta titpoġġa fuq il-'lista oranġjo'

Il-Gvern Olandiż qed iħeġġeġ lil dawk kollha li jirritornaw lura minn Malta sabiex joqogħdu fi kwarantina għal 14-il ġurnata wara li pajjiżna rreġistra żieda sostanjzali fl-ammont ta’ każijiet pożittivi.

Malta spiċċat fil-“lista oranġjo” tal-pajjiż li tagħti parir kontra l-ivvjaġġar mhux essenzjali.

Il-Gvern Olandiż qal li minħabba l-fatt li n-numru ta’ infezzjonijiet f’Malta qed jiżdied f’Malta, l-avviż tal-ivvjaġġar għal pajjiżna nbidel minn isfar (riskju ta’ sigurtà) għal oranġjo (vjaġġi neċessarji biss).

Ir-reġjun fit-Tramuntana tal-Italja, l-Emilia Romagna, qed tobbliga lil kull min qed jidħol lura minn Spanja, Greċja u Malta jagħmel swab test għall-Covid-19.

L-obbligu jidħol fis-seħħ mil-lum u jrid isir fi żmien 24 siegħa mid-dħul lura fl-Italja. Jekk jirriżulta negattiv, il-persuna jkun ezentat milli jagħmel perjodu ta’ kwarantina.

Fl-aħħar jiem madwar 26 Taljan minn reġjuni differenti irriżultaw pożittivi għall-virus wara li żaru lill-pajjiżna.

Pajjiżi oħra, bħas-Slovenja u l-Latvja ukoll imponew restrizzjonijiet fuq persuni li jkun deħlin minn Malta, bir-Renju Unit fl-aħħar sigħat ukoll jindika li qed jikkonsidra jagħmel xi ħaġa simili.