Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jsellem il-memorja ta’ Guido de Marco

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sellem il-memorja ta’ Guido de Marco u poġġa kuruna tal-fjuri quddiem il-monument tiegħu fil-Belt Valletta.

Guido de Marco twieled fit-22 ta’ Lulju 1931 u miet għaxar snin ilu fl-età ta’ 79 sena. Il-Professur Guido De Marco jibqa’ mfakkar bħala pilastru politiku tal-Partit Nazzjonalista u kellu karriera mimlija impenji ta’ servizz u okkupa b’suċċess karigi għoljin, fosthom President ta’ Malta, President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Viċi Kap tal-PN, Segretarju Ġenerali tal-PN u suċċessi fil-karriera tiegħu bħala avukat.

Jakkumpanjaw lill-Kap tal-PN Adrian Delia kien hemm il-Viċi Kap tal-PN għall-Affarijiet Parlamentari David Agius, il-Viċi Kap tal-PN għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo uMario de Marco il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi u iben Guido de Marco.