Coronavirus Lokali Saħħa

Jitwaqqfu l-viżitaturi fl-Isptar Monte Karmeli

Fl-aħħar sigħat instabu 7 każi pożittivi

Wara li kienu rappurtati 7 każi pożittivi fl-Isptar Monte Karmeli, ittieħdet id-deċiżjoni li b’mod immedjat jitwaqqfu l-viżitaturi f’dan l-isptar. 

B’rabta mas-seba’ pazjenti li nstabu pożittivi bil-Covid-19 fl-aħħar sigħat, l-Isptar Monte Carmeli javża li l-kundizzjoni tagħhom hija waħda stabbli u li qed jinżammu f’iżolament f’Monte Carmeli stess. Il-kumplament tal-pazjenti tas-sala San Ġorġ Preca  jinsabu fi kwarantina. 

L-istaff li kien xogħol f’din is-sala wkoll tpoġġa fi kwarantina, u s-sitwazzjoni tagħhom se tibqa’ tkun osservata matul il-ġranet li ġejjin.