Coronavirus Futbol Sport

Konfermat it-tieni każ ta’ coronavirus fil-futbol lokali

Wara li fl-aħħar jiem feġġ l-ewwel każ uffiċjali ta’ coronavirus fil-futbol lokali, illum St. Venera Lightnings ikkonfermaw li membru fl-iskwadra tal-klabb ukoll irriżulta pożittiv.

Fi stqarrija, St. Venera Lightnings qalu li b’mod immedjat waqqfu kull tip ta’ taħriġ filwaqt li għamlu komunikazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa biex kull min kellu kuntatt mal-individwu jkun jista’ jiġi ttestjat.

Fl-aħħar jiem il-klabb wettaq numru ta’ investiment biex jissalvagwardja s-saħħa u l-iġene ta’ kull individwu li jkun qiegħed fil-faċilitajiet ta’ St. Venera Lightnings. Il-klabb ikkonferma wkoll li l-każ mhuwiex relatat mal-cluster li ħareġ aktar kmieni mill-festa ta’ Santa Venera.