Sqallija ntroduċiet restrizzjonijiet fuq il-wasliet minn pajjiżna wara żieda fil-każi ta’ Covid-19
Filfatt, Sqallija imponiet kwarantina ta’ ġimgħatejn u test mandatorju obbligatorju għal dawk l-Isqallin li jaslu lura minn Malta.
Dawn ir-restrizzjonijiet ħarġu permezz ta’ avviż legali mill-President tar-Reġjun ta’ Sqallija Nello Musumeci u għandhom jidħlu fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa 14 t’Awwissu.
Minn naħa l-oħra dawk il-Maltin li m’humiex residenti fi Sqallija u li jaslu hemm iridu jirreġistraw fuq siciliasicura.com
//= $special ?>