Coronavirus Futbol Sport

Plejer ta’ Barcelona pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Barcelona ħabbru li l-aħħar rawnd ta’ testijiet tal-coronavirus, nstab każ pożittiv ta’ plejer li kien qiegħed jirritorna għall-pre season. Barcelona kkonfermaw ukoll li l-plejer ma kellu l-ebda kuntatt mal-iskwadra li nhar il-Ħamis issiefer lejn Lisbona għall-kwartifinali tal-UEFA Champions League kontra Bayern Munich.

Ilbieraħ, Valencia kkonfermaw żewġ każijiet pożittivi u aktar kmieni Atletico Madrid ikkonfermaw li l-plejers tagħhom Correa u Vrsaljko huma pożittivi. Minħabba l-pandemija tal-coronavirus, l-fażi finali tal-UEFA Champions League qed tintlagħab f’Lisbona bil-logħbiet kollha qed isiru fuq leg wieħed.