Coronavirus Lokali Saħħa Sport

AĠĠORNATA: Plejer tal-Waterpolo ta’ San Ġiljan jirriżulta pożittiv għall-COVID-19

Posposti l-logħbiet kollha

L-ASA ħadet deċiżjoni li tipposponi l-partita mill-Kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo li kellha tintalagħab illejla bejn San Ġiljan u B’Bugia fit 8.10.

Dan wara li fl-aħħar ħinijiet il-klabb ta’ San Ġiljan irapporta li wieħed mill-plejers tiegħu rrizulta pożittiv għall-Covid-19. Din il-partita kienet se tixxandar live fuq NET TV iżda issa mhux se tkun qed tixxandar hekk kif l-ASA flimkien mal-Awtorijtatijet tas-Saħħa bdew il-contact tracing.

Minn informazzjoni li għandha l-paġna ta’ Man Up+, il-plejer ma jilgħabx mat-tim tal-kbar ta’ San Ġiljan iżda jifforma parti mit-tim ta’ taħt l-20 sena tal-istess tim u fil-livell tal-kbar, hu rreġistrat b’self ma’ Otters ASC (peress li fil-waterpolo teżisti regola li tippermetti li plejers taħt l-20 sena, filwaqt li jistgħu jilgħabu mat-tim tagħhom fil-livell tal-juniors, jistgħu jilgħabu ma’ klabb ieħor fl-istess żmien fil-livell tal-kbar).

Dan il-każ jaħsad lill-isport lokali fid-dawl tal-fatt li l-plejer qed jilgħab f’kampjonat li bħalissa jinsab għaddej u li diġà beda tard minħabba l-imxija tal-Covid-19. Wieħed irid jara x’se jkun qed jiġri u x’impatt se jkollu dan il- każ fuq it tkomplija tal-kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo.

Intant l-ASA se tkompli għaddejja bi programm ta’ partit fejn hemm involuti t-timijiet l-oħra hekk kif waqt li sar magħruf li hemm dan il-każ pożittiv, kiienet diġà qed tintlagħab il-partita bejn Ta’ Xbiex u Valletta u l-logħba Neptunes kontra Exiles li se tinltagħab fis-7, se tintlagħab normali.

Il-logħob kollu li kellu jintlagħab sa nhar il-Ħadd li ġej huwa pospost.