Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola nominata bħala waħda mill-aktar 5 MEPs influenti

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola ġiet nominata bħala waħda mill-aktar 5 MEPs politiċi influenti fuq id-demokrazija u affarjiet interni.

Dan l-unur huwa ta’ prestiġju kbir, li MEP Maltija, mill-iżgħar stat tal-Unjoni Ewropea tkun mal-ewwel ħamsa.

Roberta Metsola fuq post fuq Facebook qalet li hija tinsab sodisfatta li ġiet imsemmija minn VoteWatch bħala waħda mill-ewwel ħames MEPs l-aktar influwenti.

Hija qalet li huwa sabiħ li l-ħidma tiegħek tkun rikonoxxuta, iżda wkoll dan ifisser li hi għandha responsabbiltà li tibqa’ taħdem u li minn kull deċizzjoni li tittieħed dejjem ikun hemm l-aqwa gwadan għall-poplu Malti u Għawdxi.

Roberta Metsola qalet li akkost il-limitazzjonijiet taċ-ċokon tagħna, iż-żgħażagħ tagħna m’għandhom qatt jaqtgħu qalbhom li jiksbu l-akbar suċċess.

Ikkummenta