Sport Sport Ieħor

Ruben Galea u Dr Wayne Pisani ġew eletti bħala Teżorier u Viċi Segretarju

Fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju, il-Malta Motorsport Federation organizzat il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja biex jimtlew il-karigi ta’ Teżorier u Viċi-Segretarju. Matul il-laqgħa seħħew ukoll numru ta’ emendi fl-istatut tal-MMF. Ruben Galea kien elett bħala Teżorier filwaqt li Dr. Wayne Pisani ġie elett bħala Viċi Segretarju tal-MMF b’mod unanimu.

Matul il-laqgħa il-President tal-Federazzjoni Tonio Cini aġġorna lill-membri bil-ħidma tal-assoċjazzjoni u bl-inċnetivi meħuda waqt il-pandemija tal-coronavirus u l-impatt tagħha fuq l-organizzazzjoni tal-avveniment tal-federazzjoni.

B’hekk il-Kunsill Amministrattiv tal-MFF għall-2020 huwa magħmul mis-Sur Tonio Cini bħala President, is-Sur Jesmond Mangion fil-kariga ta’ Viċi President, is-Sinjura Susanne Fenech bħala Segretarja Ġenerali; is-Sur Ruben Galea fil-kariga ta’ Teżorier u Dr Wayne Pisani bħala Viċi Segretarju.