Lokali

‘Save A Life’ – 7 snin ta’ ħidma

7 snin ilu, f’pajjiżna tnediet il-Fondazzjoni ‘Save A Life’. Inizzjattiva tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech flimkien mal-mara tiegħu.

L-Erbgħa filgħodu, Claudio Grech preżenta r-rapport ta’ ħidma u statements finanzjarji għas-seba’ sena ta’ din il-fondazzjoni lill-Ispeaker tal-Parlament Anglu Farrugia.

Hawnhekk ingħata rendikont tal-10 proġetti li saru u qed isiru grazzi għal din il-fondazzjoni li hija ffinanzjata primarjament mill-paga parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista.

“Tajna viżjoni tal-ħidma li se nkunu qed nagħmlu fis-snin li ġejjin.” saħaq Claudio Grech meta kien qed jitkellem dwar tliet proġetti li qed tieħu ħsieb din il-fondazzjoni illi huma intiżi biex jgħinu lill-komunità; tnejn minnhom marbutin mal-ġlieda kontra l-vizzju tad-droga fost iż-żgħażagħ u ieħor marbut ma’ għajnuna li tista’ tingħata lil tfajliet li jkunu tqal biex minflokk stigma u min iwarrabhom, ikunu jistgħu isibu l-għajnuna meħtieġa b’sapport strutturat.

Id-Deputat tal-PN qal li se jkompli bil-ħidma biex din il-fondazzjoni illi saret fuq bażi volontarja, fis-snin li ġejjin tikber għal intrapriża soċjali li tagħti tama lit-tfal u ż-żgħażagħ illi hemm affarijiet ħafna isbaħ fil-ħajja mill-vizzju tad-droga.

Waqt din il-laqgħa, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentati faħħar il-ġest nobbli ta’ Claudio Grech u tkellem b’mod pożittiv ħafna dwar ix-xogħol siewi li din il-Fondazzjoni qed tagħmel fil-komunità. Grech saħaq li dan iqisu bħala l-iktar parti li f’dawn is-seba’ snin tagħtu sodisfazzjon mill-ħidma politika tiegħu għaliex tirrapreżenta verament dak illi wieħed jikkontribwixxi lejn il-komunità tiegħu. Hu saħaq li kull komunità jkollha bżonnijiet partikolari.

“Jien nibqa’ nemmen li l-irwol ta’ deputat apparti l-politka għandu jkun ukoll il-vuċi u t-tarka ta’ min verament għandu l-aktar bżonn u huwa l-aktar vulnerabbli fil-komunitajiet tagħna.”

Claudio Grech

Claudio Grech tkellem dwa il-komunitajiet fl-ewwel distrett li qal li għandhom aspetti sbieħ ħafna, b’karatteristiċi mill-isbaħ. Hu saħaq li pero rridu niffaċċjaw ukoll ir-realtàjiet illi jeżistu u problemi soċjali illi ilhom jikbru matul iż-żmien. “Jien nibqa’ nemmen li l-irwol ta’ deputat apparti l-politka u apparti li jilleġiżla fil-Parlament għandu jkun ukoll il-vuċi u t-tarka ta’ min verament għandu l-aktar bżonn u huwa l-aktar vulnerabbli fil-komunitajiet tagħna.”

Il-Fondazzjoni ‘Save A Life’ twaqqfet mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech u martu Charmaine Grech fl-2013 fejn minnha diġa gawdew mijiet ta’ tfal, żgħażagħ, familji u anzjani mill-komunitajiet tal-ewwel distrett.