Coronavirus Ekonomija Lokali

Il-Ministru Silvio Schembri jgħid li hawn min qed “jipprova jallarma”

Minn Marzu li għadda, sal-ġurnata tal-lum, saret rutina li kuljum inkunu qed nistennew aġġornament tan-numri tal-COVID-19 f’pajjiżna. Ħafna esperti medii qed jgħidu li l-każi għoljin ta’ bħalissa jfissru li ninsabu fit-tieni mewġa – oħrajn huma ġenwinament imħassba bis-sitwazzjoni, aktar u aktar jekk din tibqa’ tkarkar sax-Xitwa.

Iżda għall-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri, min jitkellem pubblikament fuq in-numri tal-Covid, skont hu jkun biss qed jagħmel hekk biex jallarma.

Fil-bidu tal-pandemija, in-numri uffiċjali kienu joħorġu permezz tal-Bulettin Mediku mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, iżda issa qed joħorġu permezz ta’ aġġornamenti fuq Facebook. Għalkemm l-Erbgħa, il-Ministeru ta’ Chris Fearne ħass li kellu joħroġc stqarrija.

Intant matul il-jum staqsejna wkoll lill-Ministru Ian Borg, bħala l-persuna li taħtu jaqgħu il-portijiet u l-ajruporti, jekk il-Gvern hux jippjana xi tip ta’ restrizzjonijiet jew miżuri fid-dawl tan-numri dejjem jikbru. Mir-risposta tiegħu Ian Borg kkonferma li s’issa għad m’hemm ebda pjan konkret.