Coronavirus Lokali Saħħa

SITWAZZJONI COVID: X’ġara fl-aħħar sigħat

F’pajjiżna fl-aħħar sigħat seħħew għadd ta’ żviluppi marbuta mal-pandemija.

Hawn hi ħarsa lejn dak li ġara:

  • Jitilgħu għal 440 il-każi attivi – żieda ta’ 437 każ fi żmien 26 jum
  • Tlieta mill-każi l-ġodda huma mill-isptar Monte Carmeli
  • Mal-100 healthcare worker spiċċaw fi kwarantina
  • It-tobba jwissu li qed jistennew rekord ta’ każi ġodda għal-lum
  • Il-Prim Ministru Robert Abela jgħid li l-każi f’Malta huma ‘mild’ u li mhux se jħares lura
  • Il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici jisħaq li l-iskejjel se jiftħu f’Settembru
  • Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma teskludix li jerġgħu jiżdiedu r-restrizzjonijiet
  • Il-konsulent fis-Saħħa Pubblika Tanya Melillo tgħid li jekk ma nkunux respnsabbli se jmutu n-nies
  • Il-kardjologa Melanie Zammit Burg tgħid li llum nifhmu kemm dan il-virus jista’ jħalli effetti koroh u permanenti fuq il-qalb
  • Tlett gruppi differenti ta’ żgħażagħ Taljani li kienu fi żjara f’pajjiżna jirriżultaw pożittivi għall-Covid meta marru lura l-Italja
  • Emilia Romagna u Sqallija jimponu restrizzjonijiet fuq min ikun ġej minn Malta
  • L-iSlovenja tiżdied mal-Italja, il-Greċja, il-Litwanja, l-Irlanda, l-Latvja u l-Estonja u tpoġġi lil Malta fuq il-lista l-ħamra
  • Jitfaċċaw erba’ każi mill-crew tal-film Jurassic Park li se jinħadem f’pajjiżna
  • Jitħabbar li minn Settembru se jibdew joperaw il-cruises lejn pajjiżna

Komplu segwu netnews.com.mt għal aġġornamenti kontinwi fuq is-sitwazzjoni tal-Covid f’pajjiżna.