Coronavirus Lokali Mużika

Titħassar Rockestra minħabba l-Covid-19

L-edizzjoni ta’ Rockestra ta’ din is-sena mhux se ssir

Permezz ta’ stqarrija ntqal li l-edizzjoni ta’ Rockestra ta’ din is-sena mhux se ssir bħala prevenzjoni tat-tixrid tal-imxija tal-Covid-19.

Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Uffiċċju tal-President flimkien mal-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) wara diskussjonijiet dwar wieħed mill-akbar avvenimenti li jsiru ta’ kull sena bil-għan li jinġabru fondi għal dawk l-aktar fil-bżonn. Rockestra hija waħda minn dawn l-avvenimenti. 

L-Uffiċċju tal-President ħeġġeġ ukoll biex, kull min jista’, jagħti l-kontribut tiegħu lill-MCCFF bil-għan li din tkun tista’ tkompli tagħti l-għajnuna lil kull min ikun jeħtieġha, għaliex it-talbiet għall-għajnuna mill-MCCFF jibqgħu deħlin ta’ kuljum.