Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Rekord ta’ każi lokali

250 każ pożittiv fl-aħħar sitt ijiem

Fl-aħħar 24 siegħa ġew ittestjati pożittivi għal Covid-19 55 persuna minn total ta’ 2,485 swab.

Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fuq il-paġna ta’ Facebook fejn ġie spjegat li 5 minn dawn il-każi huma qraba ta’ każi pożittivi li tħabbru preċedentament, 4 oħra relatati ma’ każi pożittivi wkoll, 2 parti mill-cluster ta’ Paceville u każ marbut mal-cluster tal-iskola tal-Ingliż.

Dan ifisser li mill-55 każ, 43 qed jitqiesu bħala sporadiċi, bl-infettati ma’ jafux mnejn dabbru l-virus.

Għaldaqstant, il-każi attivi issa telgħu għal 528, b’250 minnhom jiżdiedu fl-aħħar sitt ijiem biss.

Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa fiequ 13 -il persuna, bil-każi totali minn Marzu ‘l hawn jilħqu 1,245 u dawk imfejqa jammontaw għal 708.