Hekk kif madwar id-dinja qed ikomplu jiżdiedu l-każi attivi ta’ Covid-19, ir-reġjun Spanjol ta’ Galicia ipprojbixxa t-tipjip fil-postijiet pubbliċi kollha.
Din il-projbizzjoni tapplika anke f’ristoranti u bars fejn iż-żamma tad-distanzi soċjali mhuwiex possibbli.
Spanja hi wieħed mill-aktar pajjiżi li ra żidiet kbar fin-numru ta’ każi.
Hekk kif reġjuni oħra Spanjoli qed jikkunsidwar li jdaħħlu din il-miżura, Galicia kien tal-ewwel li imponiha.
L-awtoritajiet f’dan ir-reġjun waslu għal din il-miżura fuq bażi xjentifika li turi li r-riskju tat-tixrid tal-Covid-19 jikber ferm fit-tipjip minħabba tixrid ta’ qtar żgħar hekk kif jinħareġ in-nifs.
Studji juru wkoll li min ipejjep għandu aktar riskji peress li jmiss is-sigarett qabel ma jibda jpejjep.
//= $special ?>