Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina f’Ta’ Qali

Net News jista’ jikkonferma li tard il-Ħamis bil-lejl fl-inħawi ta’ Ta’ Qali nstab raġel ferut b’daqqiet ta’ sikkina. Ir-raġel instab mixħut mal-art mimli dmija.

Ir-raġel li l-identità tiegħu għadha ma ġietx konfermata ttieħed minnufih l-isptar Mater Dei, fejn hemm ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn feriti serji, u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Sorsi indikaw li kienu terzi persuni li rrappurtaw il-każ lid-Depot, fejn bħalissa għadu qed jiġi stabbilit x’ġara eżattament.

Il-każ seħħ ftit wara l-11pm.

Il-Pulizija ssejħu mill-ewwel fil-post fejn qed isiru l-investigazzjonijiet.