Issa huma ħdax il-pajjiżi li qed jaqħlqulna l-bieb f’wiċċna.
Wara li għadd ta’ pajjiżi kienu diġa’ poġġew restrizzjonijiet fuq persuni li qed jaslu minn Malta, issa anke d-Danimarka u n-Norveġja poġġew lil Malta fuq il-lista l-ħamra tagħhom.
Ftit tal-ġimgħat ilu, 24 student Daniż kienu qed jinżammu fi kwarantina f’pajjiżna wara li kien hemm każi tal-virus fi skola tal-Ingliz fejn kien u qed jattendu. Id-Danimarka issa mhux qed tippermetti vjaġġar minn u lejn Malta.
Fin-Norveġja, kull minn jasal minn Malta minn nhar is-Sibt se jkollu jagħmel 15-il jum ta’ kwarantina.
Intant hekk kif aktar u aktar Gvernijiet qed juruna biċ-ċar li persuni minn Malta mhux se jkunu milqugħa f’pajjiżhom, il-Gvern Malti għadu mhux qed jieħu deċiżjonijiet importanti, u l-Prim Ministru għadu qed igawdi s-Sajf.
//= $special ?>