Knisja Lokali

Għal din is-sena l-istatwa ta’ Santa Marija ser toħroġ fil-bieb tal-Katidral

Fid-dawl tad-direttivi li l-Kurja ħarġet konsegwenza tal-pandemija li qed taħkem il-Gżejjer Maltin, fosthom li tħassru l-pellegrinaġġi tal-festi, is-Soċejtà Filarmonika Leone AD. 1863 ħabbret li ser tkun qed toħroġ l-istatwa ta’ Santa Marija fil-bieb tal-Katidral fir-Rabat, Għawdex.

Fuq il-midja soċjali ġie spjegat li l-aċċess fil-Pjazza tal-Katidral ser tkun qed tiġi kontrollata, bl-aċċess ikun ristrett biss għall-Bandisti tal-Banda Ċittadina Leone AD. 1863, membri tal-Aurora Youth Choir u l-Kapitlu u Kleri.

Dan ifisser li l-pubbliku, membri tal-KUmitat Ċentrali u Kummissjonijiet mhux ser ikunu permessi jidħlu f’din iż-żona.

Filwaqt li s-soċjetà talbet għal koperazzjoni tal-pubbliku saħqet li ser tkun qed terfa’ din id-deċiżjoni b’responsabbiltà.