Internazzjonali

Iżrael u l-Emirati Għarab Magħquda: Ftehim storiku biex jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet

Iżrael u l-Emirati Għarab Magħquda qablu biex jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet, skont ma’ ħabbar il-President tal-Istati Uniti Donald Trump.

Stqarrija konġunta minn Trump, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu u l-Prinċep ta’ Abu Dhabi, Mohammed bin Zayed esprimew tama li ‘dan l-iżvilupp storiku javvanza l-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani’.

B’riżultat ta’ dan, Iżrael għandu jissospendi l-pjani tiegħu biex jgħaqqad partijiet kbar tax-Xatt tal-Punent okkupat ma’ artu.

Iżrael, qabel, ma kellu qatt relazzjonijiet diplomatiċi mal-pajjiżi Għarab tal-Golf. Madankollu, it-tħassib ġenerali dwar l-influwenza tal-Iran fir-reġjun wassal għal kuntatti li mhumiex uffiċjali bejn dawn il-pajjiżi.

Fl-istess ħin, il-Prim Ministru Netanyahu uża messaġġ sempliċi biex jgħaddi messaġġ qasir iżda sinifikanti li ‘dan hu jum storiku’ għall-partijiet kollha konċernati