Coronavirus

RAGUSA: Ħames żgħażagħ pożittivi għall-Covid wara btala f’Malta

Messaġġ ta' attenzjoni massima mis-Sindku Peppe Cassi

Is-Sindku ta’ Ragusa Peppe Cassi għadu kif ħabbar li ħames żgħażagħ ittestjaw pożittivi għall-Coronavirus wara vaganza f’Malta. Huma kienu waslu lura Sqallija l-Ġimgħa.

Dan mhux l-ewwel każ ta’ Taljani li kellhom test pożittiv wara li qattgħu xi jiem f’pajjiżna.

Peppe Cassi spjega li kienet l-omm ta’ wieħed miż-żgħażagħ li insistiet mat-tifel biex jagħmel swab test. Iż-żgħażagħ kollha kienu asintomatiċi u ma kienux qed iħossu effetti.

“Ma nitilfux rasna. Ma nżidux problemi ma sitwazzjoni diġa’ problematika”, stqarr is-Sindku ta’ Ragus f’messaġġ fuq Facebook.