Futbol Sport

RB Leipzig għall-ewwel darba f’semifinal Ewropeja

(Ritratt: EPA)

It-tim Ġermaniż ta’ RB Leipzig kiseb post fis-semifinali tal-UEFA Champions League wara li fil-Jose Alvalade Stadium għelbu lil Atletico Madrid 2-1 bil-gowl tal-kwalifikazzjoni jasal tliet minuti mit-tmiem.

Wara taqsima nieqsa minn azzjonijiet denji ta’ nota, it-tim ta’ Julian Nagelsmann fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras tajba ta’ DANI OLMO. Diego Simeone rreaġixxa mal-ewwel u ftit minuti wara daħħal lil Joao Felix fejn wara li kull ma kien għaxar minuti fil-grawnd irnexxielu jirbaħ penalty. Minn 11-il metru l-istess FELIX ma żbaljax.

Leipzig ma ħallewx il-gowl jwaqqalhom il-moral u fit-87 minuta minn cross ta’ Angelino kien is-sostitut Tyler Adams li ra x-xutt tiegħu jiġi devjat għal ġewwa minn Jimenez biex ta’ kwalifikazzjoni għall-Ġermaniżi. B’hekk fis-semifinali huma issa jilagħbu kontra PSG.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Kwartifinali: Ilbieraħ: Atalanta v PSG 1-2, Illum: RB Leipzig v Atletico Madrid 2-1, Għada: Barcelona v Bayern Munich 9.00pm, Is-Sibt: Man City v Lyon 9.00pm