Formula 1 Sport

Sergio Perez se jirritorna għall-Grand Prix ta’ Spanja

Is-sewwieq ta’ Racing Point Sergio Perez se jirritorna għall-Grand Prix ta’ Spanja li se jsir fi tmiem il-ġimgħa wara li rriżulta negattiv għall-coronavirus. Perez kien nieqes miż-żewġ Grand Prix ta’ Silverstone wara li rriżulta pożittiv għall-coronavirus ftit ġranet qabel ma sar l-ewwel Grand Prix, fejn postu ħadu Niko Hulkenberg.

Fortunatament Perez kellu biss sintomi ħfief tal-virus u lbieraħ kien dikjarat kompletament imfejjaq. F’kummenti li ta lill-midja, Perez qal li kienet diffiċli għalih li jsegwi t-tellieq minn fuq it-televiżjoni filwaqt li jinsab ottimst għall-Grand Prix ta’ Spanja li se jsir fi tmiem din il-ġimgħa.