Żewġ immigranti irregolari nstabu moħbija abbord vapur tal-merkanzija li dalgħodu daħal fil-Port Ħieles.
Minn informazzjoni li kiseb NET News jirriżulta li l-vapur OPS Hamburg, irreġistrat il-Liberja, daħal pajjiżna ftit wara l-11.30am fi tmiem vjaġġ li telaq mill-Port ta’ Bengażi fil-Libja.
Jirriżulta li l-immigranti nstabu mill-impjegati tal-Port Ħieles waqt spezzjonijiet ta’ rutina. Madankollu, jirriżulta li la l-impjegati u lanqas it-tobba ma tħallew jitilgħu abbord il-vapur.
Mhux magħruf x’wassal biex dawn l-immigranti telgħu abbord il-vapur. Madankollu, il-Liġi Internazzjonali titlob lil sid il-vapur biex iwassal lill-immigranti lura mill-port minfejn telgħu.
Dan ladarba ż-żewġ immigranti daħlu fil-pajjiż mingħajr permess u abbord vapur, li jinżamm responsabbli għalihom.
//= $special ?>