Sport Sport Ieħor

Il-Crucible Theatre ser jilqa l-udjenza għall-finali tal-Kampjonat Dinji tal-Isnooker

Il-Gvern Ingliż ħabbar li l-Crucible Theatre ser jilqa l-udjenza għall-finali tal-Kampjonat Dinji tal-Isnooker li ser isir fi tmiem din il-ġimgħa. In-numru ta’ spettaturi ser ikun inqas minn kemm jiflaħ dan il-post minħabba d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa u l-użu tad-distanza soċjali.

Dan il-kampjonat kien l-ewwel avveniment fil-magħluq li fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku, meta dan seħħ fil-31 ta’ Lulju għall-ewwel sessjonijiet tat-turnament. L-eks numru wieħed tad-dinja Ronnie O’Sullivan ikkritika din id-deċiżżjoni fejn saħaq li se toħloq riskju bla bżonn.

Jekk dan jirnexxi jista’ jwassal biex iżjed postijiet ikunu miftuħin għall-pubbliku.

Fis-semi finali hemm Ronnie O’Sullivan kontra Mark Selby, u Kyren Wilson kontra Anthony McGill, bir-rebbieħa ta’ dawn iż-żewġ konfronti jakkwistaw post fil-finali.

Il-Finali tal-Kampjonat Dinju tal-Isnooker ser jsiru nhar is-Sibt u l-Ħadd 15 u 16 ta’ Awwissu.