Lokali Saħħa

Jiggradwaw 140 infermier ġdid

Ritratt: Arkivji

140 student lestew l-istudji mediċi tagħhom fl-Università ta’ Malta u mistennija jibdew jaħdmu bħala infermiera fiż-żmien li ġej.

Fi stqarrija mill-Università ta’ Malta ntqal li miż-żieda ta’ 140 infermier ġdid ma setgħetx ġiet fi żmien iktar bżonnjuż hekk kif dawn il-gradwati ġodda se jkunu jistgħu jgħinu lil Malta tiġġieled il-pandemija tal-COVID-19.

Id-Dekan tal-Fakultà tas-Saħħa fl-Università Maltija faħħret l-andament ta’ dawn il-gradwati li għamlu ħilithom u stinkaw mingħajr biża’ u għelbu diversi sfidi.

Apparti dawn tal-aħħar li gradwaw mill-Università ta’ Malta, fl-aħħar ġimgħat kienu bosta infermiera li gradwaw mill-MCAST u kif ukoll mill-Università ta’ Northumbria.