Lokali

Jinstab katavru fil-bajja ta’ San Blas

Għall-ħabta tad-9am intlemaħ katavru ta’ Awstrijaka minn grupp ta’ nies li kienu canoeing fil-bajja ta’ San Blas, in-Nadur, Għawdex.

Minnufih intalbet l-assistenza tal-AFM u tal-Protezzjoni Ċivili biex il-katavru jittella’ mill-baħar għal fuq l-art.

Tim mediku u tabib tal-emerġenza mill-Isptar Ġeneral t’Għawdex li waslu fuq il-post iċċertifikaw lil mara ta’ 43 sena mejta fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Monica Vella fetħet inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-investigazzjoni li bħalissa tinsab għaddejja.