Lokali

Kanzunetta ġdida minn Enya Magri

Iż-żagħżugħa Enya Magri magħrufa għall-parteċipazzjoni tagħha fil-festival popolari tat-tfal Zecchino d’Oro nediet kanzunetta ġdida bl-isem ta’ “Summer Lights”. Il-kanzunetta hi pożittiva mmens fejn tgħid li wieħed għandu dejjem jagħmel l-aħjar li jista’.

Lura fl-2019, kienet nediet kanzunetta oħra bl-isem ta’ “Safe Haven” liema kanzunetta hi ta’ ġeneru pop modern, b’lirika t’oħtha Jody u bi produzzjoni ta’ Cyprian Cassar.

Enya, li llum il-ġurnata għandha 18-il sena, kienet ħadet sehem fit-52 edizzjoni ta’ Zecchino d’Oro fl-età ta’ seba’ snin. Hi kienet kantat “Castelli di Sabia”, kanzunetta oriġinali. Minn hawnhekk, Enya qatt ma ħarset lura, anzi dejjem baqgħet il-ħolma tagħha li tipproduċi iżjed kanzunetti oriġinali!