Grupp mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing. Jean Paul Fleri Soler, atleta b’esperjenza Olimpika beda jieħu ħsieb taħriġ regolari. Din l-attivita wasslet biex inħoloq il-Festival tal-Windsurfing.
Il-Yachting Malta Windsurfing Festival kien mifrux fuq jumejn bejn it-8 u d-9 ta’ Awwissu f’San Pawl il-Baħar. Dan l-avveniment attira diversi veterani bħall-aħwa Fleri Soler, Albert Fenech u Ray Aguis Condachi, kif ukoll nies ġodda bħal Zach Zammit, Karl Miggiani u Benjamin Vassallo.
Il-parteċipanti tqassmu f’erba’ klassijiet – Beginners, Slalom, Long Board Open Class u Windsurfer LT One Design Class, bl-ewwel klassi kienet miftuħa għal dawk li kellhom inqas minn sejntejn esperjenza. It-tbaħħir sar fuq korsa trijangulari.
Benjamin Vassallo kien ir-rebbieh tal-Kategorija tal-Juniors li pprovdiet tlielaq kompetittivi ħafna, bil-gwida ta’ Jean Paul Fleri Soler fejn ħadu sehem fi tlett tlielaq.
Zach Zammit rebaħ il-kategorija tas-Slalom. Sfortunatament, il-kundizzjonijiet tar-riħ nhar il-Ħadd ma ppermettewx li jsiru iktar tlielaq.
Il-Long Board LT Class rat l-akbar mewġa ta’ parteċipanti, li ħadu sehem fi tmien tlielaq. Jean Paul Fleri Soler u ħuh Mark akkwistaw l-ewwel post, u għalkemm kienu ilhom iktar minn żewġ deċenji ma jikkompetu, urew kemm is-surfing baqa’ fid-demm tagħhom. Minħabba r-riħ, din il-kategorija rat tliet tlielaq biss.
Għal darb’oħra, Jean Paul Fleri Soler reġa wera l-kapaċita tiegħu u rebaħ il-kategorija Freestyle, fejn ra kompetizzjoni minn ħuh Mark, Albert Fenech u Robert Fenech.
Iċ-Chairman ta’ Yachting Malta John Huber irrapreżenta t-trofej lir-rebbieħa, u faħħar l-isforzi tal-Malta Young Sailors Club li ħadmu sabiex din l-inizjattiva titwettaq. Huwa esprima wkoll sodisfazzjon għall-
kollaborazzjoni ta’ suċċess bejn Yachting Malta u MYSC, u saħaq fuq kif dawn il-kompetizzjonijiet jistgħu jwasslu għal avvenimenti internazzjonali fil-futur.
Junior Class 1. Benjamin Vassallo, 2. Timmy Vassallo, 3. Jonas Micallef
Long Board 1. Jean Paul Fleri Soler, 2. Owen Sultana, 3. Shaun Miggiani
Long Board (LT) 1.Mark Fleri Soler, 2. Kurt Casapinta, 3. Robert Fenech
Slalom 1. Zach Zammit, 2. Saul Vassallo, 3. Lucas Swan
Freestyle 1. Jean Paul Fleri Soler, 2. Albert Fenech, 3. Mark Fleri Soler
//= $special ?>