Coronavirus Futbol Sport

Man United mhux ġejjin f’pajjiżna minħabba l-coronavirus

(Ritratt: Premier League)

F’dik li kienet deċiżjoni uffiċjali iżda mhux żvelata mill-midja lokali, issa ġiet ikkanċellata minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Fil-bidu ta’ Settembru li ġej il-klabb tal-Premier League Manchester United kienu ġejjin għal xi jiem f’pajjiżna bħala parti mill-pre season iżda issa din il-mawra ġiet ikkanċellata minħabba l-imxija tal-coronavirus.

L-awtoritajiet tal-futbol Ingliżi ħarġu direttivi ċari lill-klabbs biex ma joħorġux mill-pajjiż ħlief biex jilgħabu partiti minn kompetizzjonijiet Ewropej. Dan il-fatt waqqaf lit-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer milli jiġi f’pajjiżna bl-aħbar tkun ikkomunikata mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li saret nhar l-Erbgħa.

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-Gvern Ingliż poġġa lill-pajjiżna fuq il-lista l-ħamra, jiġifieri li persuni jkunu f’pajjiża u jirritornaw l-Ingilterra jridu jagħmlu 14 -il jum fi kwarantina.